Friday, May 3, 2024

Daħlu f’lukanda, heddewh u talbu l-flus lill-impjegat

Aqra wkoll

Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni wara li allegatament ilbieraħ għall-ħabta ta’ 11.45pm zewġt irġiel wettqu serqa minn lukanda fi Triq Windsor Tas-Sliema

Minn stħarriġ preliminari li sar jirriżulta li żewġ persuni, lebsin crash helmet u allegatament wieħed minnhom kien armat b’arma tan-nar, daħlu fil-lukanda u talbu l-flus lill-impjegat, Indjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Wara li tahom ammont ta’ flus kontanti li kien hemm fir-reception, il-ħallellin ordnaw lill-impjegat sabiex jeħodhom fis-sular fejn jinżammu l-flus, filwaqt li bdew li jhedduh bl-arma tan-nar. Kif kienu sejrin f’dan is-sular, ir-raġel irnexxielu jaħrab, issakkar f’kamra u ċempel għall-għajnuna. L-allegat ħallelin, kif raw hekk ħarbu minn fuq il-post bil-flus li kienu serqu mir-reception.

L-impjegat sofra minn xokk qawwi.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport