Tuesday, May 14, 2024

Daley Blind ma’ Girona

Aqra wkoll

Id-difensur internazzjonali Olandiż, Daley Blind, ħalla lil Bayern Munich sabiex ingħaqad ma’ Girona fi Spanja. Dawn tal-aħħar ħabbru fuq il-profil soċjali tagħhom fuq Instagram dan l-akkwist u qalu li jinsabu onorati li plejer ta’ din il-kwalita’ għażel lilhom.

Blind ħalla lil Bayern Munich wara li ma ġeddidx il-kuntratt magħhom u qal li xtaq bidla fil-karriera tiegħu. Hu se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Girona.

Blind għandu 33 sena u jiġi iben Danny Blind, eks-plejer internazzjonali Olandiż fis-snin 90 u 2000.

Sport