Monday, April 29, 2024

Kelechi Iheanacho se jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Leicester City Kelechi Iheanacho se jkun qed iħalli lil dan il-klabb li ġie relegat għal The Championship sabiex ikompli l-karriera tiegħu fl-Arabja Sawdija.

Iheanacho kellem lill-klabb tiegħu fuq din il-possibbilta’ bid-diriġenti Ingliżi li kontra qalbhom se jkollhom japprovaw dan it-trasferiment.

Il-plejer Niġerjan qed jiġi attirat minn offerti ta’ klabbs Sawditi bħal Al Nassr, Al Ittihad u Al Hilal.

Sport