Sunday, December 22, 2024

“Dan il-moviment se jibqa’ jkun it-tarka għall-anzjani kollha” – il-PM

Aqra wkoll

“Bqajtu sodi għax kontu tafu li qed tiġġieldu għas-sewwa. Għax kontu ċerti li dak li qed titolbu kien għall-ġid ta’ pajjiżna. Intom kontu. Intom bdejtu l-bidla f’dan il-pajjiż. Magħqudin ponn fil-moviment tal-ħaddiema. Kemm wettaqtu ġid għalina.”

Quddiem folla sabiħa fil-binja tal-General Workers Union, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela sostna li ħidmet il-Gvern se tibqa’ tipprijoritizza l-ħtiġijiet tal-pensjonanti bil-fatti.

Fl-2017, il-manifest elettorali tal-Partit Laburista ħabbar żieda fil-pensjoni aktar mill-COLA ta’ tmien ewro. Illum il-pensjonanti qed jieħdu l-akbar żidiet fil-pensjoni li qatt ingħataw fl-istorja

Meta l-inflazzjoni bdiet tgħolli rasha, inħoloq mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja. Mekkaniżmu li jgawdu minnu nofs il-familji ta’ pajjiżna inkluż il-pensjonanti kollha.

Sar ukoll patt soċjali mal-importaturi u l-ħwienet il-kbar li rriżulta fi tnaqqis fil-prezzijiet ta’ prodotti tal-ikel essenzjali.

“Dan hu l-moviment li jaħseb fl-anzjani. Ħaddieħor l-ewwel qal li mhux se tirnexxi l-iskema Stabbiltà, u mbagħad meta raw li ħalliet effett bdew jgħidu li perikoluża. Agħar minn hekk qed jgħidu li huma se jwaqqfuha l-iskema. L-istess bħalma qed jgħidu li se jwaqqgħu s-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl,” sostna l-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Robert Abela temm b’messaġġ dwar l-għażla fit-tmienja ta’ Ġunju.

“Għax hawn id-dar tal-ħaddiema. Intom is-suldati tal-azzar. Intom bnejtu lil dan il-pajjiż.

Bikom warajja nkomplu mmexxu lil dan il-pajjiż ’il quddiem. Mela erġgħu kunu miegħi fit-tmienja ta’ Ġunju .Is-saħħa f’idejkom. Is-saħħa lill-veterani. Is-saħħa lill-Għawdxin. Is-saħħa lill-Maltin.

Ekonomija

Sport