Wednesday, April 24, 2024

“Dan il-post huwa affaxxinanti” – Russell Crowe dwar Malta

Aqra wkoll

“Sirt inħobb lil Malta fl-1999 u qed niġi nfakkar eżatt għaliex f’kull kantuniera. Dan il-post huwa affaxxinanti”

Hekk kiteb fl-aħħar sigħat l-attur ta’ fama mondjali Russell Crowe li bħalissa jinsab f’Malta għall-ġbid ta’ film.

F’dawn l-aħħar jiem, Crowe ppubblika divers ritratti ta’ pajjiżna fuq il-paġna tal-midja soċjali tiegħu fosthom ta’ Filfla u ta’ xi knejjes.

Illum ukoll ma naqasx milli jqanqal l-interess fost is-segwaċi tiegħu hekk kif kiteb li llum forsi jmur il-Forti Ricasoli u staqsa jekk hemmx min jixtieq imur.

Crowe twieled fis-7 ta’ April 1964 fi New Zealand. Huwa kien ġie Malta fl-1999 meta kien ħa sehem fil-film ‘Gladiator, li kien kiseb fama internazzjonali.

Sport