Wednesday, April 24, 2024

“Dan m’hu xejn ħlief faxxiżmu” – Ħu Karol Aquilina jgħajjar kandidat tal-PN

Aqra wkoll

Ħu Karol Aquilina, li jiġi l-President tal-għaqda Repubblika, għajjar lill-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq Għawdex Alex Borg.

Dalgħodu, Robert Aquilina kiteb fuq il-midja soċjali li l-attakki fuq Repubblika f’dawn l-aħħar sigħat jikxfu dak li fi kliemu huma sentimenti u attitudni faxxisti. Sostna li ma tistax issejħilhom bl-ebda mod ieħor u li m’hawnx post għal dawn it-tip ta’ attakki f’demokrazija. Żied jgħid li l-individwi li wettquhom għandhom jagħmlu apoloġija pubblika minnufih.

Aquilina qal li dak li kkonvinċih biex jitkellem pubblikament fuq dak li ġara huwa l-fatt li meta lbieraħ filgħaxija ċempel lill-kandidat Nazzjonalista Alex Borg biex ikellmu fuq dak li kiteb, Aquilina qal: “fost l-oħrajn qalli li jemmen li min irid jiġġieled għas-sewwa f’pajjiżna m’għandux jifforma u jimmilita f’NGOs, iżda għandu jingħaqad mal-PN. Qalli li min bħalna jaħdem f’NGO qed itellef u mhux jgħin. Dan mhu xejn ħlief faxxiżmu.”

Aquilina kien qed jirreaġixxi għal dak li kiteb fl-aħħar sigħat il-kandidat Nazzjonalista Alex Borg fejn ħareġ b’kundanna sħiħa kontra Civil Society Network u Repubblika. Borg, bħala kandidat f’isem il-PN, qal li jiddisassoċja ruħu kompletament minn ma’ entitajiet bħal dawn li l-għan prinċipali tagħhom imur lil hinn mill-prinċipji u l-valuri tal-PN. Borg qal li dawn iż-żewġ entitajiet huma rrilevanti fil-ħidma tiegħu favur Għawdex u Malta tagħna.

Borg kiteb dan wara li c-Civil Society Network tellgħu post fuq il-midja soċjali fejn għamlu dikjarazzjoni u staqsew jekk għandhomx jiftħu partit ieħor biex jieħu post il-Partit Nazzjonalista f’dak li fi kliemhom hija Oppożizzjoni dgħajfa. 

Sport