Thursday, July 2, 2026

Daniel Attard jirbaħ l-MEP Award għat-Turiżmu Sostenibbli

Aqra wkoll

L-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard ġie rikonoxxut bħala l-aqwa MEP fil-qasam tat-Turiżmu Sostenibbli waqt iċ-ċeremonja tal-MEP Awards li saret ilbieraħ. L-MEP Awards jirrikonoxxu l-ħidma tal-aqwa Membri Parlamentari Ewropej f’oqsma differenti ta’ ħidma politika.

Matul l-aħħar sena, Attard kien fdat bir-responsabbiltà li jmexxi l-ħidma tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tat-turiżmu fl-Ewropa. Ir-rapport ta’ Dr Attard kiseb appoġġ qawwi mill-Parlament Ewropew u se jifforma l-bażi tal-ewwel Strateġija Ewropea għat-Turiżmu Sostenibbli.

Il-premju tal-aqwa MPE f’dan il-qasam ġie ppreżentat lil Daniel Attard mill-Kummissarju Ewropew għall-Mediterran, Dubravka Šuica. 

Fl-istess kategorija kienu wkoll nominati l-Ewroparlamentari Kroata u eks Ministru tat-Turiżmu Nikolina Brnjac, kif ukoll il-President tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew, Elissavet Vozemberg-Vrionidi. 

F’diskors tal-okkażjoni, Daniel Attard qal li dan il-premju għandu tifsira speċjali għalih. L-Ewroparlamentari Laburista fakkar kif “sena ilu, proprju waqt din l-istess serata, kont għaddej minn wieħed mill-aktar mumenti diffiċli fil-ħajja pubblika tiegħi. Illum dan huwa mument ta’ sodisfazzjon li jfakkarni li ż-żminijiet diffiċli jgħaddu, u li l-verità dejjem tirbaħ”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport