Sunday, May 19, 2024

Daqshekk kaċċa fil-ponta tal-Qawra

Aqra wkoll

Wara l-aħbar tal-qtil ta’ erba’ fjammingi minn persuna li allegatament sparat fuqhom, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li ġie deċiż li ż-żona tal-ponta tal-Qawra se tiġi ddikjarata bħala waħda fejn fiha ma tistax issir kaċċa.

B’rabta ma’ dan il-każ, tressaq il-Qorti Miguel Zammit, ta’ 23 sena mill-Gżira, u ġie mixli li s-Sibt filgħodu qatel erba’ fjammingi wara li allegatament spara fuq dan it-tajr protett. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontra tiegħu u baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

F’post fuq Facebook, il-Ministru Farrugia nnota kif il-qtil ta’ fjammingi ġab il-kundanna ta’ kulħadd – mill-familji sal-għaqdiet ambjentali u l-komunità tal-kaċċaturi. Filwaqt li saħaq li mhux se jibqa’ jkun permess li jsir kaċċa fil-ponta tal-Qawra, huwa qal li l-Birdlife Malta se jkunu qed jieħdu ħsieb din iż-żona permezz ta’ ‘guardianship deed’ li se jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.

Sport