Monday, May 13, 2024

Daqt jibda l-Grand Finale tal-Karnival ta’ Malta 2023

Il-karnival tas-Sajf se jsir bejn it-18 u l-20 ta’ Awwissu 2023

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit ħin ieħor jibda l-Gran Final tal-Karnival ta’ Malta għal din is-sena. Bl-għeluq ikun fi Strada Sant’Anna fil-Floriana, filwaqt li f’Għawdex ikun fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex.

L-isfilata tal-għeluq tibda fis-6.00pm kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Fi stqarrija, Festivals Malta l-organizzatur tal-Karnival qal li wara snin ta’ pandemija rnexxielhom jissuperaw kull aspettattiva f’termini ta’ produzzjoni kif ukoll fil-livell għoli ta’ kreazzjonijiet artistiċi esebiti.

Din is-sena il-Karnival ta’ Malta ra attendenza numeruża iktar minn tas-soltu, b’eluf ta’ nies li żaru l-Belt Valletta b’entużjażmu biex igawdu l-attivitajiet brijjużi tal-Karnival. Din is-sena, Festivals Malta ppreżenta programm ta’ attiviatjiet estensiv, li nkluda aktar attivitajiet mis-soltu.

Festivals Malta jħabbar li wara s-suċċess tal-karnival ta’ Frar, se jerġa’ jirritorna wkoll il-Karnival tas-Sajf, li ser isir bejn it-18 u l-20 ta’ Awwissu 2023. Aktar dettalji dwar dan il-festival jiġu mħabbra aktar ’l quddiem.

Sport