Tuesday, May 14, 2024

Darts: Education Bar jirbħu l-kampjonat 5-a-side  

Aqra wkoll

Education Bar rebħu l-kampjonat 5-a-side organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts wara li għelbu lil Ħamrun Bayern A 3-1 f’logħba li rriżultat f’waħda ferm interessanti.  

Education Bar fetħu vantaġġ tajjeb ta’ 2-0 fil-bidu u għalkemm, Ħamrun Bayern A naqqsu l-marġni tal-iskor, tal-ewwel kienu ferm motivati li joħorġu bl-unur tant prestiġġjuż tant li fil-game finali, Tony Borg għeleb lil George Ebejer.  

Dawn kienu r-riżultati li kellna:  

Edward Azzopardi – Godfrey Abela 0-3  

Kevin Aquilina – Norbert Attard 1-3  

Mario Sciascia – Brian Abela 3-1  

George Ebejer – Tony Borg 2-3  

Sadanittant Norbert Attard, Mario Sciascia, George Ebejer u Tony Borg irreġistraw l-aqwa skor ta’ 180 filwaqt li kien hemm 136 finish u 12 Darts minn Tony Borg.  

Fi tmiem il-konfront il-president tal-Malta Darts Association Roderick Zammit ippreżenta t-tazza lit-team manager ta’ Ħamrun Education Tony Demanuele.  

Iż-żewġ naħat jerġgħu jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla f’finali oħra, din id-darba tal-4-a-side.  

Sport