Wednesday, July 24, 2024

Darts: Tissokta t-taqtiegħa ħarxa għar-rebħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A, Floriana Ajax Premier Cars A u Żejtun Laċċi A irreġistraw rebħiet konvinċenti sabiex baqgħu jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts.

It-tliet timijiet huma distakkati biss b’punt bit-taqtiegħa li mistennija tibqa’ waħda ħarxa sal-aħħar.

Ħamrun Bayern A rebħu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun Bayern B 7-1 bi Floriana Ajax Premier Cars irreġistraw l-istess skor kontra Floriana Ajax MCP.

Min-naħa l-oħra, Żejtun Laċċi Gold Lady marru għand PO’s Bar Gudja u rebħulhom 6-2.

Birżebbuġa Lions baqgħu fir-raba’ post tal-klassifika wara li għelbu lil Sliema Lounge A 6-2.

Fit-tieni diviżjoni, Birgu Boċċi Club A għandhom ħames punti vantaġġ fuq Duke’s Bar wara li għelbu lil Cox Bar 7-1. L-istess Duke’s Bar marru għand Top Gun u rebħulhom 6-2.

Domun Men’s jinsabu fit-tielet post hekk kif għelbu lil Leah’s A 7-1.

Fit-tielet diviżjoni, hemm taqtiegħa ħarxa bejn Leah’s Bar B u Żejtun Laċċi Maypole li qed jisfidaw mhux biss għall-promozzjoni iżda wkoll għar-rebħ tal-kampjonat.

Leah’s Bar B kisbu rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Birgu Boċċi Club B filwaqt li Żejtun Laċċi Maypole rebħu 7-1 lil Nicolo Isouard.

Tal-Ġilju Darts Team baqgħu għaddejjin bit-triq tal-progress hekk kif rebħu 5-3 kontra Sliema Lounge B filwaqt li Tal-Balklor u Domus Ladies spiċċaw il-logħba tagħhom fi draw ta’ 4-4.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Ħamrun Bayern A, Floriana Ajax Premier Cars A 36, Żejtun Laċċi A 35, Birżebbuġa Lions 30, Sliema Lounge A 12, Floriana Ajax MCP 10, Ħamrun Bayern B 6, PO’s Bar 3,.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 41, Duke’s Bar 36, Domus Men’s 35, Top Gun 19, Cox Bar 16, Beland Żejtun 14, Żebbuġ Rangers DT 8, Leah’s Bar 1

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’s Bar B 43, Żejtun Laċċi Maypole 42, Birgu Boċċi Club B 33, Mqabba tal-Ġilju 26 , Nicolo Isouard, Munchies Bar, Tal-Balklor Senglea 17, Sliema Lounge B 9, Domus Ladies 8.

Ekonomija

Sport