Tuesday, April 23, 2024

De Marco jsostni li d-dejn żdied frott l-inkompetenzi u mhux kawża tal-covid-19

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, il-kelliem għall-Finanzi Mario de Marco rrefera għal statistika ppubblikata lejliet il-Milied mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tikkonferma kif id-dejn tal-pajjiż qiegħed ikompli jiżdied.

Il-kelliem f’isem il-Partit Nazzjonalista sostna li din iż-żieda fid-dejn “Hija frott l-inkompetenza tal-Gvern u t-tberbiq ta’ fondi pubbliċi u mhux kawża tal-Covid-19.” 

De Marco jkompli jgħid li l-Gvern għandu jieqaf jipprova jwaħħal din l-inkompetenza fuq il-COVID-19, hekk kif l-informazzjoni kollha turi nefqa bl-addoċċ f’bosta oqsma tal-operat tal-gvern. 

L-istqarrija tkompli li l-Gvern qed jittrateni milli jagħti widen għas-sejħa tal-Oppożizzjoni biex ikompli jestendi l-iskema tal-wage supplement wara l-aħħar ta’ Jannar. 

L-istatistika uffiċjali tikkonferma kif id-dejn ta’ pajjiżna żdied b’rata ta’ €3 biljuni, f’sentejn biss. Dan wassal biex minn €5.3 biljun, id-dejn issa tela’ għal €8.2 biljun f’Novembru 2021.

Sport