Friday, April 26, 2024

“M’jien se naċċetta l-ebda skużi jew rikatti. Kulħadd irid iħallas ta’ għemilu” – Is-Sindku tas-Siġġiewi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dalgħodu il-Kunsill Lokali Is-Siġġiewi inkariga kuntrattur sabiex dalgħodu saret tindifa kbira madwar il-bring-in-site fi Triq Salvu Borg Olivier.

Ħabbar dan is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech li żied jgħid li dan it-tindif se jsir mill-istess kuntrattur b’mod frekwenti kull ġimgħa.  

Grech qal ukoll li l-ħidma ma waqfitx hemm u li kien hemm djalogu mal-LESA li qed tassisti fis-sorveljanza ta’ dan is-sit. Is-Sindku rringrazzja pubblikament lill-ħaddiema involuti u ħabbar li se tkun qiegħda tiġi installata CCTV camera oħra ġdida sabiex tissorvelja aħjar l-abbużi li qed isiru u tkun tista’ tiddentifka b’mod konċiż in-numri tal-pjanċi tal-vetturi ta’ dawk li qegħdin iwettqu dawn l-atti vandali b’mod frekwenti f’dan is-sit.

“M’hemmx dubju li apparti l-injoranza ta’ xi nies li għad hawn madwarna li jikkommettu dawn l-abbużi, hemm ukoll aspett ta’ vendikazzjoni ntiża bi skop sabiex itappan il-ħidma li l-Kunsill Lokali is-Siġġiewi jwettaq ta’ kuljum b’risq il-lokalità tagħna, u li dan nagħmluħ mill-qalb”, kompla Grech.

Huwa temm iwiegħed li min-naħa tiegħu ngħatat direzzjoni sabiex kull min jinqabad iwettaq abbuż kemm fuq dan is-sit u siti oħra, jeħel il-piena massima skond il-liġi.  

“Ma jien se naċċetta l-ebda skużi jew rikatti. Kulħadd irid iħallas ta’ għemilu”, temm is-Sindku.

Sport