Thursday, April 18, 2024

L-ERA TEKONLOĠIKA U S-SAĦĦA TAL-GĦAJNEJN

Aqra wkoll

Minkejja l-bosta benefiċċji li toffri, anki t-teknoloġija tista’ tkun sikkina taqta’ minn żewġ naħat. B’hekk, it-teknoloġija għandna nużawha b’moderazzjoni, biex fost l-oħrajn ma nagħmlux ħsara lil għajnejna.

Spiss, forsi bla ma nafu, meta nużaw tagħmir teknoloġiku bħal mowbajls, tablets, televixins u kompjuters, niġu esposti għal dawl blu li joħroġ minnu. Dawl, li ma jagħmilx tajjeb lill-vista.

Għadd ta’ pariri biex tevita li screen ikunlek ta’ ħsara għal għajnejk fil-fehma tiegħi:

  • It-tipa u l-livell tal-kuntrast tal-iscreen għandhom jinżammu għoljin biżżejjed b’tali mod li ma tbatix biex tħares lejn l-iscreen.
  • It-temperatura tal-kulur għandha tinżamm baxxa biex id-dawl blu tal-iscreen jagħti anqas.
  • Serraħ għajnejk mill-iscreen kull 20 minuta. Għal kull 20 minuta li tqatta’ quddiem screen, serraħ għajnejk għal 20 sekonda, u f’dak il-ħin ipprova ffoka ħarstek fuq oġġett li jinsab 20 pied ‘il bogħod.
  • Żomm tul ta’ driegħ bejn għajnejk u l-iscreen.
  • Jeżistu filters għad-dawl blu li possibbilment jistgħu jnaqqsu t-toqol fuq l-għajnejn, speċjalment jekk tuża tagħmir teknoloġiku fuq il-post tax-xogħol b’mod kontinwu. Għalkemm, l-Istitut tas-Saħħa Amerikan ma sab ebda riċerka li b’mod konkret issostni li ħsara permanenti fuq ir-retina tista’ tiġi evitata bihom.

Jeżistu lubrikanti artifiċjali li jistgħu jgħinu biex ma żżommx għajnejk xotti.

Jiena, Dr. Georgiana Farrugia Bonnici BSc (Hons) Rad, M.D. MSc F.M. nagħti parir lil min għandu nuċċali, biex jagħmel test tal-vista b’mod regolari.

Għal aktar tagħrif dwar is-saħħa ħolistika tista’ żżur is-sit www.facebook.com/be.heart.healthy

Ekonomija

Sport