Farsons Shandy, waħda mill-marki l-aktar magħrufa fil-portfolju ta’ Farsons sa mill-1984, għandha disinn ġdid vibranti li jirrifletti l-karattru ħafif, frisk u informali tagħha.
Id-dehra l-ġdida tintroduċi identità viżiva isbaħ u aktar kontemporanja, b’kuluri friski u b’elementi ta’ disinn modern li jagħmlu l-prodott jappella aktar fuq l-ixkafef tal-ħwienet, li tkompli tixhed il-legat tal-marka.
Farsons Shandy għandha t-togħma naturali taċ-ċitru u kontenut alkoħoliku ta’ 2.2% biss. Toffri esperjenza ta’ xorb ħafifa u friska, u għalhekk hija l-għażla ideali ta’ dawk li jfittxu xarba b’togħma tajba u b’kontenut aktar baxx ta’ alkoħol.
“Farsons Shandy ilha għal żmien twil ix-shandy favorita ta’ Malta, imfittxija minn ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ konsumaturi,” qal Karl Bondin, Head of Marketing. “Bit-tiġdid tal-identità tagħha nistgħu nappellaw aktar għal ġenerazzjoni ġdida ta’ konsumaturi u, fl-istess ħin, nibżgħu għall-awtentiċità u l-wirt ta’ din il-marka, li għamluha tant popolari matul is-snin.”
It-tnedija mill-ġdid tad-disinn qed issir fi żmien meta d-domanda għax-xorb ħafif, b’kontenut aktar baxx ta’ alkoħol, qed tkompli tikber. L-identità viżiva l-ġdida tfasslet bil-ħsieb li Farsons Shandy tibqa’ tappella għal dawk li diġà jippreferuha minn xorb ieħor u biex tattira wkoll udjenza ikbar li qed tfittex alternattivi f’okkażjonijiet informali.
Bid-dehra l-ġdida, Farsons Shandy qiegħda f’pożizzjoni biex tkompli ssaħaħ il-legat tagħha bħala waħda mix-xarbiet friski favoriti tal-konsumaturi f’Malta.
Farsons Shandy ssibha madwar Malta f’bottijiet ta’ 33ċl u fi fliexken tal-ħġieġ li jissarrfu ta’ 25ċl.
