Għal Lyndsay, il-vjaġġ ta’ “Fireproof” kompliet tiehu direzzjoni pozittiva hekk kif il-kanzunetta rebħet il-premju ta’ l-aqwa kanzunetta originali fil-festival ta’ Sofia Grand Prix gewwa l-Bulgarija.
“Għadni qed nipprova nirrealizza dan il-mument,” tgħid Lyndsay. “Li nirrappreżenta lil Malta b’kanzunetta li tant tfisser għalija u mbagħad nirċievi dan ir-rikonoxximent f’pajjiż ieħor hija emozzjoni li diffiċli nispjegaha bil-kliem.”
Lyndsay ħadet sehem fil-festival f’Sofia b’“Fireproof”, il-kanzunetta li biha kienet ipparteċipat ukoll fil-Malta Eurovision Song Contest fl-2024. Għaliha, din l-esperjenza kienet ħafna aktar minn sempliċiment kompetizzjoni.
“Mort Sofia biex nagħti l-aħjar tiegħi, nieħu gost bil-mużika u naqsam il-kanzunetta tiegħi ma’ artisti u udjenzi ġodda. Li spiċċajt nirritorna d-dar b’dan il-premju huwa mument li se nibqa’ ngħożżu ghal dejjem,” tkompli tgħid Lyndsay.
Din ir-rebha hija kapitlu ieħor importanti fil-vjaġġ ta’ “Fireproof” u fil-karriera ta’ Lyndsay bħala artista Maltija, filwaqt li taghtiha aktar motivazzjoni biex tkompli toħloq mużika u tirrappreżenta lil Malta fuq palkijiet internazzjonali.
“Dan il-premju mhux biss huwa għalija, imma għal kull min emmen f’‘Fireproof’ u kien parti minn dan il-vjaġġ. Grazzi mill-qalb lil kull min appoġġjani. Dan il-mument se jibqa’ speċjali ħafna għalija.”
