Friday, May 3, 2024

Devis Mangia sospiż temporanjament mid-dmirijiet tiegħu ta’ head coach tat-tim nazzjonali

Aqra wkoll

L-MFA ħabbret li b’mod immedjat qiegħda tieħu d-deċiżjoni li twaqqaf b’mod temporanju lil Devis Mangia mid-dmirijiet tiegħu ta’ Head Coach tat-Tim Nazzjonali wara rapport li rċeviet dwar allegat ksur tal-policies tagħha.

Mangia offra d-disponibbiltà sħiħa tiegħu biex jiġu stabbiliti l-fatti tal-kwistjoni.

L-Assoċjazzjoni mhux se tikkummenta aktar sakemm tiġi diskussa t-triq ‘il quddiem fi ħdan il-korpi rispettivi tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod miftuħ u trasparenti.

Għall-partita tal-lum kontra l-Iżrael, it-team se jkun immexxi mill-Assistant Coach Davide Mazzotta.

Sport