Wednesday, July 24, 2024

Diversi wingers se jitilqu lil Juventus

Aqra wkoll

Juventus huma lesti li jagħmlu rivoluzzjoni mal-faxex laterali tal-grawnd hekk kif l-ewwel plejer li se jitlaq lill-klabb hu proprju Alex Sandro wara disa’ snin ta’ servizz lejn il-klabb.

Plejer li qed isibha diffiċli jimponi ruħu hu Timothy Weah filwaqt li Samuel Iling-Junior għadu jrid jara l-interess ta’ klabb Ingliżi fil-konfront tiegħu b’kuntratt li jiskadi fis-sena 2025.

Fir-rigward ta’ Filip Kostic, dan għadu mhux ċert x’se jagħmel, anke għax qed jissemma’ li jista’ jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija.

Id-diriġenti Juventini diġa’ għandhom f’moħħhom xi ismijiet iżda xejn għadu m’hu konfermat.

Ekonomija

Sport