Friday, July 26, 2024

Il-coach Ruben Amorim segwit minn Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona ngħaqdu ma’ Chelsea u Liverpool fit-tentattiv li jġibu lejn Camp Nou lill-kowċ Ruben Amorim. Dan tal-aħħar għandu 39 sena u għal dawn l-aħħar erba’ snin qed imexxi lil Sporting Lisbon.

B’kollox hu mexxa lit-tim mill-belt kapitali Portugiża għal 198 darba fejn il-bilanċ hu wieħed ferm favorevoli ta’ 139 rebħa, 29 draw u 30 telfa. Hu mexxa wkoll lit-tim tiegħu għar-rebħ tal-kampjonat Portugiż wara nuqqas ta’ 19-il sena.

Amorim jista’ għalhekk ikun is-sostitut denju ta’ Xavi Hernandez fil-bank tal-Blaugrana peress li dan tal-aħħar se jitlaq mill-kariga fix-xhur li ġejjin.

Ekonomija

Sport