Monday, December 23, 2024

Dr Albert Ganado jagħlaq mitt sena

Aqra wkoll

Proprju bħal-lum 100 sena twieled Dr Albert Ganado, magħruf l-aktar għall- istorja, il-kultura, u l-akkademja Maltija. Id-dedikazzjoni ta’ Dr Ganado għall-preservazzjoni tal-istorja kartografika ta’ Malta ħalliet marka li ma titħassarx.

Dan ħabbritu Melitensia.mt fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn irrimarkat li Ganado ħadem bla heda u li l-passjoni tiegħu dawwal il-passat għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Fl-istess messaġġ qalet li l-kontribuzzjonijiet tiegħu jmorru lil hinn mill-mapep u l-manuskritti. Dan għaliex x-xogħol li ħadem fuqu hu, jgħallmuna l-importanza li nippreservaw il-passat tagħna biex indawwlu l-futur.

Qalu wkoll; ” Kun af li l-wirt tiegħek huwa xempju ta’ għarfien li se jiggwida lill-istudjużi, lill-istoriċi, u lill-poplu ta’ Malta għas-snin li ġejjin. J’Alla l-istejjer tagħkom ikomplu jispiraw u d-dedikazzjoni tiegħek għall-istorja ta’ Malta li għandha tibqa’ għal dejjem”

Ekonomija

Sport