Wednesday, April 24, 2024

Draw ġust bejn Birkirkara u Hibernians

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Domnic Borg

Birkirkara ……….1

Hibernians………1

F’partita mill-isbaħ u li ntlagħbet quddeim folla ferm numeruża, Birkirkara u Hibernians, temmew fi draw ġust ta’ 1-1, biex il-Pawlisti baqgħu jżommu t-tliet punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika.

Wara biss żewġ minuti, Hibernians resqu viċin meta Bjorn Kristensen b’elegenza għadda lejn Wilfreid Domoraud li x-xutt tiegħu għadda ftit barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-13-il minuta Thaylor Aldama ttanata xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li iżda ntemm għoli.

Fl-24 minuta Jake Grech, kellu t-tentattiv tiegħu jiġi devjat f’corner mid-difiża Karkariża.

Birkirkara wieġbu għall- ewwel darba fis-37 minuta meta f’azzjoni ta’ corner mogħti minn Luke Montebello, qamet taħwida fil-kaxxa, bil-goalkeeper tal-Pawlisti Ibrahim Kone jinterċetta kull periklu. Minuta biss wara Cain Attard xeħet cross għan-nofs b’Leandro Almeida fit-tentattiv li jevita kull periklu ta daqqa ta’ ras b’lura bil-ballun jaħbat mal-lasta b’Kone jsalva kull periklu.

Fil-41 minuta, Birkirkara rebħu penalty meta Federico Falcone  prova jservi lil sħabu iżda d-difensur Andrei Agius mess il-ballun b’idu  fil-kaxxa. Mill-11-il metru LUKE MONTEBELLO xeħet lill-goalkeeper Pawlista fuq in-naħa l-ħażina.Iżda appena għaddew żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians kisbu l-goal tad-draw meta minn minn azzjoni ta’ corner, Gabriel Artiles xeħet cross għan-nofs b’LEANDRO ALMEIDA minn pożizzjoni angolata spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka. 

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-55 minuta, cross-shot ta’ Thaylor Aldama ġie mdawwar f’corner b’diffikultá mill-goalkeeper Karkarż, Daniel Fernandes.

Il-partita naqset mir-ritmu b’ħafna logħob f’nofs il-ground fejn iż-żewġ goalkeepers rari ġew impenjati serjament.

BIRKIRKARA: 1-Daniel Fernandes, 2-Enzo Ruiz (8-Claudio Bonanni 63), 5-Enrico Pepe, 7-Luke Montebello, 10-Paul Mbong (6-Yannick Yankam 79), 11-Kurt Zammit, 20-Fe­derico Falcone (30- Kilian Bevis 79), 22-Cain Attard, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 70-Jeferson Macedo   – Coach: André Paus

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 6-Ra­phael Dos Anjons, 8-Jake Grech (7-Ayrton Attard 90), 10-Jurgen Degabriele (12-Dunstan Vella 73), 11-Bjorn Kristensen, 18-Thaylor Aldama (2-Timmy Tabone Desira 87), 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Artiles, 88-Wilfried Domoraud   – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: L. Montebello  42 pen (B), L. Almeida 47 (H)

AMMONITI: O. Carniello, K. Zammit (B), G. Artiles, R. Dos Anjos, F. Apap, T. Tabone Desira (H)

     PLAYER TAL-LOGĦBA: Bjorn Kristensen (Hibs)

Sport