Friday, May 22, 2026

Dunstan Vella … il-bniedem li mexxa lil Floriana lejn kapitlu ġdid glorjuż

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kien mument li se jibqa’ mnaqqax għal dejjem fil-memorja tal-partitarji ta’ Floriana F.C..

Meta l-captain Dunstan Vella għolla t-trofew tal-Malta Premier fil-grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali quddiem eluf ta’ partitarji Furjaniżi, Floriana mhux biss ġew inkurunati champions tal-Malta Premier, iżda saru wkoll l-aktar klabb ta’ suċċess fl-istorja tal-futbol Malti bis-27 kampjonat tagħhom.

Ir-rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra Marsaxlokk F.C. fil-Finalissima kienet waħda mimlija emozzjonijiet, tensjoni u kontroversja, iżda għal Vella kien ukoll mument personali speċjali immens. Dan is-sit ħa l-okkażjoni sabiex jieħu l-kummenti tiegħu wara dan l-unur li kisbu.

“Mument speċjali ħafna għalija,” beda jgħid il-midfielder Furjaniż ftit wara ċ-ċelebrazzjonijiet. “Fuq livell personali, bħala captain, diffiċli tispjega s-sensazzjoni li tgħolli dan it-trofew. Dan huwa grupp li ħadem immens u jixraqlu kull suċċess li kiseb.”

Floriana sabu ruħhom minn taħt wara l-gowl ta’ Rasmus Linden fl-ewwel taqsima, iżda fit-tieni taqsima l-Greens irnexxielhom idawru r-riżultat permezz ta’ Federico Varela u l-gowl kontroversjali ta’ Kenan Dervisagic fil-ħin miżjud.

Skont Vella, il-karattru tat-tim kien kruċjali biex Floriana baqgħu ħajjin fil-logħba.

“Urejna karattru enormi. Meta tkun finali u tispiċċa minn taħt, faċli titlef il-kontroll jew tidħol fil-paniku. Imma aħna bqajna kalmi. Nemmen li dik kienet is-saħħa tagħna matul l-istaġun kollu.”

Il-captain Furjaniż sostna li l-konsistenza tat-tim matul il-kampjonat kollu kienet il-fattur ewlieni wara dan is-suċċess storiku.

“Il-klassifika tixhed kollox. Konna konsistenti mill-bidu sal-aħħar. Għaddejna minn mumenti diffiċli, imma dejjem sibna mod kif nerġgħu nqumu. Għalhekk nemmen li dan il-kampjonat jixirqilna.”

Vella ilu ma’ Floriana sa mis-sajf tal-2023 wara snin twal ma’ Hibernians F.C., fejn kien ukoll wieħed mill-aktar plejers affidabbli tal-klabb Pawlist. Imwieled fis-27 ta’ April 1996, huwa bena reputazzjoni ta’ midfielder dixxiplinat, b’mentalità qawwija u kapaċi jmexxi lit-tim fil-mumenti kruċjali.

Iżda dan it-titlu jidher li għandu togħma differenti għalih, speċjalment wara l-esperjenzi diffiċli li għadda minnhom Floriana f’dawn l-aħħar snin.

“Ilni tliet snin hawn u dejjem konna viċin. Kull darba kien jonqos xi ħaġa żgħira. Is-sena li għaddiet konna tant viċin u ma ħadna xejn. Dik weġġgħetna ħafna, iżda fl-istess ħin għamlitna aktar b’saħħitna.”

Fil-fatt, Floriana daħlu għall-istaġun 2025/26 b’mentalità ċara li jridu jispiċċaw ix-xogħol li bdew f’dawn l-aħħar snin. Il-klabb għamel diversi bidliet fl-iskwadra, filwaqt li l-istaff tekniku mmexxi minn Daniel Portela rnexxielu jibni grupp magħqud.

“Bdilna t-tim u kulħadd ħadem għal xulxin. Mill-istaff sal-players, kulħadd ġibed ħabel wieħed. Dik kienet id-differenza vera.”

Vella enfasizza kemm il-grupp baqa’ jemmen fih innifsu anke meta ħafna nies kienu ddubitaw mill-potenzjal tat-tim.

“M’armejna qatt ix-xugaman. Konna nafu li jekk nibqgħu konsistenti kien hemm ċans kbir li naslu fil-Final Four. U meta tasal hemmhekk, kollox jista’ jiġri.”

Il-midfielder Furjaniż qal ukoll li waħda mill-akbar kwalitajiet tat-tim kienet il-maturità li wera f’mumenti ta’ pressjoni kbira. Minkejja l-importanza enormi tal-logħba u l-fatt li kienu qed jilagħbu quddiem aktar minn sitt elef spettatur, il-plejers baqgħu ffukati fuq il-pjan tagħhom sal-aħħar minuta.

“F’dawn il-logħbiet trid iżżomm ħafna kalma,” spjega Vella. “Konna nafu li l-logħba tista’ tinbidel f’sekonda waħda u għalhekk ma stajniex naqtgħu qalbna wara l-gowl tagħhom.

Fil-ħin tal-intervall tkellimna bejnietna u għedna li jekk nibqgħu nemmnu, il-mument tagħna kien se jasal.”

Huwa faħħar ukoll il-kompetizzjoni li kien hemm ġewwa l-iskwadra, fejn kull plejer aċċetta r-rwol tiegħu għall-ġid tat-tim.

“Kellna grupp b’saħħtu ħafna. Kien hemm plejers li kultant bdew minn fuq il-bank tas-sostituti, iżda dejjem kienu lesti jagħmlu differenza meta jidħlu. Dik hija mentalità ta’ champions.”

Vella sostna li dan it-titlu għandu jkun biss il-bidu għal Floriana, hekk kif il-klabb issa għandu jibni fuq din ir-rebħa storika biex ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-futbol Malti u anke fuq livell Ewropew.

Meta Floriana eliminaw lil Valletta F.C. fis-semifinali wara penalties, il-kunfidenza tal-iskwadra kompliet tikber. U fil-finali kontra Marsaxlokk, minkejja l-bidu diffiċli, il-Greens reġgħu wrew il-mentalità ta’ champions.

Wara l-logħba, Vella kellu messaġġ speċjali għall-partitarji Furjaniżi li baqgħu jappoġġjaw lit-tim matul kull mument tal-vjaġġ.

“Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji kollha. Kienu magħna fit-tajjeb u l-ħażin. Kien hemm mumenti fejn forsi kulħadd seta’ jiddubita minna, imma huma baqgħu warajna u llum dan it-trofew huwa tagħhom ukoll.”

L-emozzjoni kienet evidenti fil-vuċi tiegħu hekk kif iddeskriva x’ifisser għalih li jkun captain ta’ tim li kiteb storja ġdida fil-futbol Malti.

“Meta tara lil dawn in-nies kollha jiċċelebraw tifhem kemm dan kollu jfisser għalihom. Floriana issa huma l-aktar klabb li rebaħ kampjonati fil-pajjiż u kburi immens li kont parti minn dan.”

Minkejja li ġie sostitwit fit-tieni taqsima biex il-kowċ iżid aktar saħħa offensiva bit-tluq ta’ Jake Grech u Mustapha Jah, Vella baqa’ jgħix kull sekonda tal-aħħar minuti b’intensità kbira minn fuq il-bank.

Meta wasal il-gowl deċiżiv ta’ Dervisagic fil-ħin miżjud, il-bank Furjaniż sploda bil-ferħ.

U hekk kif il-logħba ntemmet u bdiet il-festa Furjaniża, Dunstan Vella kien il-bniedem li mexxa lil Floriana lejn kapitlu ġdid glorjuż, kapitlu li poġġa lill-Greens waħedhom fil-quċċata tal-futbol Malti b’27 kampjonat storiku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport