Sunday, December 22, 2024

€120,000 f’kumpens għal eks student trux li kien abbużat sesswalment minn qassis

Aqra wkoll

Il-każ ta’ abbużi sesswali  minn qassisin fl-Istitut Antonio Provolo li fih kienu jattendu studenti neqsin mis-smiegħ kellu żvolta fl-aħħar jiem. L-abbużi sesswali li kienu saru f’dan l-istitut kienu xxukkjaw l-Arġentina fejn issa f’sentenza li qed titqies bħala storika, il-Qorti ordnat kumpens ta’ 14-il miljun Peseta li jammontaw għal madwar €120,000 għal eks student li sofra abbuż sesswali. Dan il-kumpens irid jitħallas mill-Knisja Kattolika.

Din is-sentenza ingħatat ħames snin wara li kien beda ġuri li fih instabu ħatja żewġ qassisin, Horacio Corbacho u Nicola Corradi. Dawn instabu ħatja ta’ abbużi sesswali fuq it-tfal li kien hemm fiċ-ċentru. F’Novembru tas-sena 2019, iż-żewġ qassisin ingħataw sentenza ta’ 45 u 42 priġunerija rispettivament. Dan għal abbużi sesswali u stupru li wettqu fuq madwar 20 tfal li kienu neqsin mis-smiegħ. Il-ġardinar Armando Gomez kien ingħata sentenza ta’ 18-il sena ħabs.  Il-qassis Corradi kien ingħata l-fakultà li jiskonta is-sentenza fid-dar tiegħu u dan kemm minħabba l-età li kellu u anke l-istat ta’ saħħa tiegħu. Hu miet f’Lulju li għadda.

L-avukat li qed jirrappreżentaw il-vittmi f’dan il-każ, Oscar Barrera u Leandro Lanci, iddeskrivew din is-sentenza bħala waħda storika għal Mendoza.

Ekonomija

Sport