Hekk kif illum qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija fl-Imġarr, inżammet ukoll it-tradizzjoni antika li ssir l-offerta biex tintrefa’ l-vara tal-Assunta.
Din is-sena l-ogħla offerta kienet ta’ €40,200. B’hekk il-grupp li tefa’ l-ogħla offerta li wħud minnhom ġejjin mill-Awstralja llejla se jkunu qegħdin jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija.
Is-sena l-oħra l-offerta kienet dik tal-grupp ta’ Christian Vella li offra €15,000.