Tuesday, September 22, 2026
Home Sport Eddie Howe minflok Michael Carrick?

Eddie Howe minflok Michael Carrick?

0
48

Michael Carrick jinsab taħt pressjoni kbira bħala manager ta’ Manchester United wara bidu diżappuntanti għall-istaġun. Il-manager ta’ 45 sena ngħata l-kariga permanenti wara li f’Jannar mexxa lit-team meta ħa post Ruben Amorim, iżda l-istaġun il-ġdid ma marx kif mistenni u kien wieħed diżappuntanti. 

United rebħu partita waħda biss mill-ewwel ħames logħbiet tagħhom fil-Premier League u jinsabu fit-12-il post tal-klassifika. Barra minn hekk, it-team ġie eliminat mill-League Cup minn Brighton bl-iskor ta’ 3-2 wara li tilef vantaġġ ta’ żewġ goals. 

Draw ta’ 1-1 kontra Fulham, grazzi għal goal tard ta’ Matheus Cunha, evita t-tielet telfa konsekuttiva, iżda ma kienx biżżejjed biex inaqqas id-dubji dwar Carrick.

Rapporti fil-media Ingliża qed isostnu li INEOS taw lil Carrick sa Novembru biex itejjeb ir-riżultati. Fost il-kandidati potenzjali hemm Eddie Howe, li jinsab mingħajr club minn meta telaq minn Newcastle.

Carrick għandu quddiemu programm diffiċli, fosthom logħbiet kontra Tottenham, Atletico Madrid, Leeds, Como, Bournemouth, Chelsea, Roma u Aston Villa. 

Il-pressjoni għalhekk mistennija tkompli tiżdied … bl-eks coach ta’ Newcastle United  jistenna …

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here