Tuesday, September 22, 2026
Home Sport Mbappe jagħmel apoloġija lil Dembele fuq kummenti dwar il-Ballon d’Or

Mbappe jagħmel apoloġija lil Dembele fuq kummenti dwar il-Ballon d’Or

0
51

Rapporti fil-media Franċiża qed isostnu n-nuqqas ta’ qbil li allegatament kien hemm bejn Kylian Mbappe u Ousmane Dembele dwar il-Ballon d’Or. 

Il-kontroversja qamet wara diversi kummenti ta’ Mbappe dwar il-kompetizzjoni għall-premju, fejn tkellem dwar id-differenzi fil-karrieri tagħhom u qal li hu kien meqjus bħala l-“magħżul” minn età żgħira.

Dembele wieġeb billi enfasizza li matul il-karriera tiegħu dejjem ħadem ħafna u li s-suċċess tiegħu ma wasalx b’mod awtomatiku. Dawn il-kummenti ħolqu ċertu tensjoni bejn iż-żewġ players, li jafu lil xulxin minn meta kienu żgħar.

Kien Mbappe li ħa l-inizjattiva biex iċempel lil Dembele wara li rrealizza li l-kummenti tiegħu ma kinux niżlu tajjeb ma’ sieħbu. It-tnejn iddiskutew is-sitwazzjoni privatament u rnexxielhom isolvu n-nuqqas ta’ qbil, sabiex dan ma jaffettwax il-kamp ta’ taħriġ tat-team nazzjonali Franċiż.

Il-media Franċiża rrapportat ukoll li Marcus Thuram kellu rwol ta’ medjatur permezz ta’ grupp WhatsApp li fih hemm it-tliet players. 

B’hekk, it-tensjonijiet li kienu nqalgħu bejn Mbappe u Dembele ġew imtaffija, u s-sitwazzjoni tidher li ġiet solvuta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here