Saturday, May 4, 2024

“Ehh x’ġimgħa din … it-tieni kollega f’ġimgħa”

Imut Daniel, uffiċjali tas-servizz pubbliku

Aqra wkoll

Patrick Vassallo, uffiċjali fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar ħinijiet sellem il-memorja ta’ Daniel, kollega tiegħu li ħalla din id-dinja. Daniel kien jaħdem fl-Isptar Mater Dei.

“Ehh x’ġimgħa din … it-tieni kollega f’ġimgħa,” kiteb Vassallo.

“Daniel għalkemm konna naħdmu fl-istess settur konna taħt professjoni differenti, imma inti kont ħabib ta’ veru. Kważi ma kienx jgħaddi lejl li ma kontx tiġi ħdejna. Jien u inti konna mmorru tajjeb flimkien … u dejjem kont komdu niftaħ qalbi miegħek għax dejjem kalma għal ġid għetli,” kiteb Patrick Vassallo fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali.

Hu temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lil Daniel għas-servizz li ta lill-pubbliku. “Illum is-servizz pubbliku tilef ieħor minn uliedu u aħna mhux biss tlifna kollega imma tlifna wieħed minn ħuna li dejjem konna hemm għal xulxin …”

Sport