Monday, May 13, 2024

UCL: Ir-rebħa ta’ Bayern M. setgħet kienet akbar

Aqra wkoll

Fl-aqwa partita tal-ġurnata tat-tieni programm tal-ewwel ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Bayern Munich għelbu lil Manchester United  4-3 liema rebħa setgħet kienet akbar. 

GRUPP A

Bayern M. v Man Utd – Bayern Munich ospitaw lil Manchester United u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-3 bl-iskorers ikunu Leroy Sane (28), Serge Gnabry (32), Harry Kane (53) u Mathys Tel (92) filwaqt li Rasmus Hojlund (49), Casemiro (87, 94) wieġbu għar-Red Devils. 

Bayern laqtu l-lasta tliet darbiet.  

Galatasaray v Copenhagen – Galatasaray għamlu ri­monta biex temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Copenhagen li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Mohamed Elyounoussi (35) u Diogo Goncalves (58). Iżda meta tkeċċa Elias Jelert (73), it-Torok skorjaw darbtejn minn Sacha Boey (86) u Tete (88). 

GRUPP B

Arsenal v PSV – Arsenal kienu fi klassi għalihom hekk kif komplew bis-sensiela pożittiva mill-bidu tal-istaġun meta din id-darba warrbu għal kollox l-isfida tal-Olandiżi meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0, bil-goals jaslu minn Bukayo Saka (8), Leandro Trossard (20), Gabriel Jesus (38) u Martin Odegaard (70). 

Sevilla v Lens – F’partita bilanċjata, Sevilla u Lens temmew fi draw ta’ 1-1. 

Kien Lucas Ocampos (9) li fetaħ l-iskor għat-team ospitu iżda Angelo Ful­gini (24) kiseb id-draw għal Lens. 

GRUPP C

Real Madrid v Un. Berlin – Goal drammatiku u fortunat fl-94 minuta minn Jude Bellingham  ta rebħa ta’ 1-0 lil Real Madrid kontra d-debuttanti ta’ Union Berlin. 

Braga v Napoli – Napoli marru l-Portugall u għelbu lil Braga 2-1 bl-iskorers ikunu Giovanni Di Lorenzo (45) u Sikou Niakate (88 og.) filwaqt li Bruma (84) skorja għal Braga. 

GRUPP D

Benfica v Salzburg – Benfica ospitaw li Salzburg u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0 bl-iskorers ikunu Roko Simic (15 pen) u Oscar Gloukh (51). 

Iżda Salzburg setgħu fetħu l-iskor wara biss tliet minuti iżda Karim Konate falla penalty. Min-naħa l-oħra, Benfica kellhom lil Antonio Silva (13) imkeċċi. 

Real Sociedad v Inter – Inter marru għand Real Sociedad u setgħu jispiċċaw fi draw ta’ 1-1. Brais Mendez (4) fetaħ l-iskor għall-Ispanjoli iżda Lautaro Martinez (87) kiseb id-draw għal Inter. 

Fil-65 minuta, in-Neraz­zurri kellhom lil Nicolo Barella mkeċċi għal karta ħamra diretta iżda wara ve­­rifikazzjoni mill-VAR, hu­wa reġa’ ssejjaħ lura fil-ground meta sar magħruf li r-referee kkommetta żball fid-deċiżjoni tiegħu. 

Sport