Saturday, December 21, 2024

“Ejja niddiskutu fuq x’tip ta’ skejjel għandna bżonn għada”

- Il-Membru Parlamentari f’isem il-Partit Laburista Omar Farrugia

Aqra wkoll

Hekk kif fil-Parlament ġie diskuss l-estimi tal-budget, min-naħa tiegħu, id-Deputat Laburista Omar Farrugia nnota kif Gvern Laburista, permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, nefaq xejn inqas minn 110 miljun ewro f’għaxar snin f’immodernizzar tal-iskejjel. “Jiġifieri f’termini ta’ valur il-Gvern nefaq medja ta’ 11-il miljun ewro fis-sena, fl-aħħar għaxar snin mill-FTS biss, apparti xogħlijiet oħra li saru fi skejjel madwar Malta u Għawdex kollha.”

Huwa kompla billi saħaq li d-diskussjoni għandha tkun dwar x’tip ta’ skejjel għandna bżonn għada. “Ejja niddibattu x’jista’ jsir aħjar f’termini ta’ binja u kif tkun mqassma u jekk għadniex inħarsu lejn mudelli ġodda – differenti mill-mudell li kbirna fih aħna lkoll fejn student iqatta’ kważi l-ġurnata kollha bilqiegħda fi klassi. X’għandha tkun l-esperjenza edukattiva tagħna, flok kemm infaqna fuq konkos, żebgħa, bibien u twieqi! Ejja nitkellmu fuq ideat ġodda, ħafna minnhom li ma jiswewniex ħafna flus – fosthom il-proposta tal-Partit Laburista fil-manifest elettorali tas-sena l-oħra – dik li nżidu l-lezzjonijiet tal-eżerċizzju fiżiku u ndaħħlu t-tagħlim tar-rota għal kull tifel u tifla,” qal Farrugia.

Ekonomija

Sport