Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tieni, fis-Seba’, fid-Disa’, fil-Ħdax, fit-Tmien, fid-Disa’, fit-Tnax u fit-Tielet distrett elettorali ċeduti rispettivament minn Dott. Robert Abela, Dott. Ian Borg, Dott Michael Falzon, Dott Miriam Dalli, is-Sur Clyde Caruana, Dott. Clifton Grima, Dott. Jonathan Attard u s-Sur Chris Fearne. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li se tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtlew dawn il-postijiet ta’ Membru tal-Kamra tad-Deputati.
Dawk il-kandidati li kkontestaw l-imsemmija distretti elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-30 ta’ Mejju, 2026, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mis-Sibt, 6 sal-Erbgħa, 10 ta’ Ġunju 2026, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar, bejn id-9.00 am u 12.00 pm. Applikazzjonijiet online jsiru permezz tal-website www.electoral.gov.mt mid-9.00 am tas-Sibt, 6 sa 12:00 pm tal-Erbgħa, 10 ta’ Ġunju 2026.
Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti ta’ dawn l-elezzjonijiet każwali se jsir nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju 2026, mid-9.00 am ’l quddiem.


