Dawn il-kampjonati, li se jsiru f’Roquetas de Mar, Spanja, bejn it-13 u l-21 ta’ Ottubru, se jlaqqgħu flimkien talenti żgħażagħ taċ-chess minn madwar id-dinja biex jikkompetu f’sitt kategoriji ta’ età, minn taħt is-7 snin (U7) sa taħt is-17-il sena (U17).
Dawk li se jirrappreżentaw lil Malta f’din il-kompetizzjoni internazzjonali huma Nikol Borg (U9), Matthias Borda (U15), Gabriel Gauci (U17) u John Refalo (U13).
Il-plejers se jikkompetu fuq 11-il rawnd, b’kontroll tal-ħin ta’ 45 minuta flimkien ma’ żieda ta’ 30 sekonda għal kull mossa.
Il-Federazzjoni Maltija taċ-Chess, awgurat lill-erba’ plejers l-isbaħ xewqat u qed jistennew b’ħerqa li jsegwu l-progress tagħhom matul il-kampjonat.
Dan filwaqt li rringrazzjaw lil @dulcissimamalta u Visit Malta għall-appoġġ tagħhom.




