Thursday, July 11, 2024

Erik Ten Hag jibqa’ jiddefendi lil Andre Onana

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Manchester United, Erik Ten Hag, baqa’ jiddefendi l-wirjiet tal-gowlkiper mill-Kamerun Andre Onana li wettaq paprata wara l-oħra fl-ewwel xhur tiegħu mar-Red Devils.

Waqt li kien qed jitkellem qabel il-partita mill-kampjonat Premier Ingliż kontra Sheffield United, Ten Hag ikkompara dak li qed jiġrilu Onana ma’ dak li ġralhom Peter Schmeichel u David de Gea li kienu gowlkipers tar-Red Devils fil-passat.

Hu qal li dawn ukoll ma kellhomx bidu tajjeb u maż-żmien ġew fil-livell tagħhom. Hu talab lill-partitarji sabiex jistennew u anzi jissapportjaw lil dan il-gowlkiper.

Ekonomija

Sport