Wednesday, July 24, 2024

Juventus se jġeddu l-kuntratt ta’ Daniele Rugani?

Aqra wkoll

Hekk kif Juventus għandhom emerġenza fid-difiża minħabba diversi plejers imweġġgħin, id-diriġenti Bianconeri probabbilment jerġgħu jduru fuq Daniele Rugani li ħafna qalu li ġie skartat mill-kowċ Massimiliano Allegri u l-istaff tekniku.

Iżda minkejja kollox, Rugani jaf ikun ideali sabiex jieħu post Danilo u Alex Sandro iżda mhux biss. Diversi ġurnali Taljani qed jgħidu li saħansitra d-diriġenza se tkun qed titlob li jġeddulu l-kuntratt tiegħu sas-sena 2026. Kollox jista’ jiġi deċiż fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport