Tuesday, September 1, 2026
Home Sport Ethan Nwaneri b’self ma’ Borussia Dortmund

Ethan Nwaneri b’self ma’ Borussia Dortmund

0
78

Borussia Dortmund laħqu ftehim ma’ Arsenal biex jiffirmaw lil Ethan Nwaneri b’self għal dan l-istaġun. 

Il-winger ta’ 19-il sena se jmur il-Ġermanja wara li Dortmund tilfu lil Giannis Konstantelias minħabba injury serja fl-irkoppa li sofra fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Hamburg. 

Dortmund kienu diġà ppruvaw jiffirmaw lil Nwaneri fis-sajf li għadda. Il-player mistenni jasal il-Ġermanja biex jagħmel it-test medikuu jtemm it-trasferiment qabel l-iskadenza tas-suq tat-trasferimenti tal-Bundesliga. 

Arsenal ma jridux ibigħu lil Nwaneri u kienu qed jippreferu li jirċievu offerti għal self. Il-gradwat mill-akkademja ta’ Arsenal ġibed interess minn diversi clubs tal-Premier League u tal-Ewropa. 

Minħabba l-ammont kbir ta’ talent offensiv li għandu Mikel Arteta, Nwaneri seta’ jkollu ftit opportunitajiet u għalhekk Dortmund jistgħu jagħtuh aktar ħin fil-ground.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here