Tuesday, September 1, 2026
Home Sport Julian Alvarez se jibqa’ ma’ Atletico Madrid

Julian Alvarez se jibqa’ ma’ Atletico Madrid

0
75

Arsenal bidlu l-attenzjoni tagħhom minn Julian Alvarez, hekk kif l-attakkant ta’ Atletico Madrid mistenni jibqa’ fi Spanja. 

Il-Gunners m’għadhomx ottimisti dwar it-trasferiment tiegħu, sakemm ma jkunx hemm bidla fl-aħħar mumenti mill-player.

L-assenza ta’ Alvarez mit-taħriġ għal tlett ijiem konsekuttivi minħabba “li ma kienx jiflaħ” kienet qajmet it-tamiet ta’ Arsenal li jieħduh fit-Tramuntana ta’ Londra.

 L-Arġentin irid jitlaq minn Atletico u Barcelona hija d-destinazzjoni tal-ħolm tiegħu, iżda Atletico mhumiex lesti jbigħuh lill-club Katalan. 

Arsenal kienu ilhom jiġbru informazzjoni dwar Alvarez biex jaraw jekk jaqbilx mal-profil tat-team, inkluż l-istorja ta’ injuries tiegħu, il-kundizzjoni fiżika u l-prestazzjonijiet tiegħu fil-ground. 

Ir-riżultati kienu pożittivi ħafna u Mikel Arteta jrid lill-player. Alvarez saħansitra ġie mgħajjar mill-partitarji ta’ Atletico qabel u wara logħba kontra Villarreal.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here