Friday, May 3, 2024

Euro 2024: L-Iskozja tikseb l-ewwel rebħa fuq Spanja f’39 sena

Aqra wkoll

Skozja rreġistrat wieħed mill-aqwa riżultat f’dawn l-aħħar snin meta, fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, għelbet lil Spanja bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Scott McTominay.

Huma ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss seba’ minuta huma fetħu l-iskor meta Andy Robertson ta l-assist lil McTominay li xeħet fix-xibka megħjun minn devjazzjoni. 

Imbagħad sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, McTominay irdoppja għat-team tiegħu. Il-partita żvolgiet b’ħafna daħliet goffi iżda baqgħet eċċitanti sal-aħħar. 

Din kienet l-ewwel rebħa għal Skozja fuq l-Ispanoli f’39 sena u jinsabu fil-quċċata ta’ Grupp A b’punti massimi. 

Sport