Thursday, April 18, 2024

Eżekuttiv tal-MFA: John Buttigieg jinħatar koordinatur tal-Football Hubs

Aqra wkoll

Il-Ħamis saret laqgħa tal-Bord Eżekuttiv tal-MFA laqgħa fejn ġew diskussi suġġetti differenti li kienet id-disa’ laqgħa tal-Istaġun 2022/2023.

Il-Malta FA, ħabbret li l-eks kowċ tat-team nazzjonali, John Buttigieg, mela l-post vakanti li ħalla Silvio Vella bħala Koordinatur tal-Football Hubs immexxija mill-‘Fondazzjoni Inħobb il-Futbol’. Dan huwa wieħed mill-pilastri tekniċi ewlenin tal-istrateġija tal-Assoċjazzjoni u huwa għalhekk li l-Assoċjazzjoni għażlet li tpoġġi waħda mill-aqwa storiċi tal-futbol Malti fil-qalba stess tal-proġett tekniku tagħha, il-livell tal-grasroots.

Buttigieg qatta’ l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu fil-logħob ma’ Floriana FC, b’perjodi sussegwenti ma’ Sliema Wanderers FC u Valletta FC. Huwa lagħab ukoll fl-Ingilterra ma’ Brentford u Swindon Town lejn l-aħħar tas-snin 80, u l-bidu tas-snin 90. Buttigieg lagħab 97 darba mat-Team Nazzjonali Malti u skorja gowl wieħed.

Bħala kowċ, John Buttigieg beda l-karriera tiegħu ma’ Birkirkara FC, u wara okkupa l-kariga ta’ Kowċ Nazzjonali ta’ Malta bejn l-2009 u l-2011. L-aktar riċenti, John Buttigieg kellu perjodi oħra bħala kowċ ta’ Sliema Wanderers FC, Birkirkara FC u Floriana FC.

Partita ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu

Fid-9 ta’ Ġunju, Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija barra minn darhom kontra l-Lussemburgu. Il-ftehim intlaħaq mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Lussemburgu li se tospita din il-partita.

It-Tim Nazzjonali mbagħad jiltaqa’ mal-Ingilterra f’daru (fis-16 ta’ Ġunju fid-8.45pm) u tlett ijiem wara jilgħab kontra l-Ukrajna barra minn darhom (fid-19 ta’ Ġunju fid-8.45pm) bħala parti mill-programm tal-partiti ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Euro 2024.

Ekonomija

Sport