Thursday, April 25, 2024

Pool: Cospicua Dynamos jirbħu l-Easter Cup

Aqra wkoll

Cospicua Dynamos huma r-rebbieħa tal-Easter Cup tal-kategorija l-Ewwel u t-Tieni Divizjoni organizzata mill-Malta Pool Association. Fil-finali, it-tim Bormliż xejjen l-isfida ta’ Sixteen Seven Fgura bl-iskor konvinċenti ta’ 11-6.  Dynamos kisbu vantaġġ ta’ 4-1 fi tmiem l-ewwel sessjoni u żammew l-istess ritmu biex għalqu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 8-2. It-tim tal-Fgura naqqas id-distakk għal 9-6 fit-tielet sessjoni, peró, żewġ clearances mill-isbaħ ta’ Fiteni u Fenech taw rebħa mistħoqqa lit-tim Bormliż, li niżżel ismu bħala rebbieħ għall-ewwel darba f’din il-kompetizzjoni. 

It-tim ta’ Cospicua Dynamos FC kien kompost minn Ray Caruana, Edmond Fenech, Darren Schembri, Antione Schembri, Liam Mifsud, Christian Grech u Joseph Fiteni.

Sport