Thursday, April 18, 2024

Għada tirritorna l-MDRA for Charity wara nuqqas ta’ tlett snin minħabba l-pandemija

Aqra wkoll

Bħalissa għaddejjin bosta preparament għada l-Ġimgħa 31 ta’ Marzu tittella dik li tissejja l-MDRA for Charity, fejn fiha jiġu organizzati diversi attivitajiet għal pubbliku u l-qliegħ kollu jmur għaċ-Ċentru Malti tal-Awtiżmu.

Se jkun hemm diversi attivitajiet organizzati bħal Grand Motor Show, fejn fiha diversi sidien ta’ karozzi ikunu jistgħu jesebixxu l-karozzi tagħhom ta’ kull għamla u daqs. Se jkun hemm ukoll l-opportunità li wieħed jista’ jirkeb f’vetturi tad-drifting fuq inizjattiva tal-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drifting. Wieħed jista’ jżur ukoll il-La Reve Karting Track, fejn ikollu opportunità li jsuq kart.

Barra minn hekk wieħed jista’ ukoll joqgħod isegwi diversi tlielaq li se jiġi organizzati mill-Island Karting Club, mill-Karting Club Malta u mill-GP Karts Malta. Se jkun hemm ukoll l-iskwadra tal-Università ta’ Malta tat-tlielaq, li se jkollhom l-istess vettura li kkompetew biha ġewwa Silverstone.

Preżenti se jkun hemm diversi DJs lokali bħal;Joel Caruana, spettaklu mill-kantant Joe Demicoli u esebizzjoni ta’ saħħa minn Tony Farrugia. Dan minbarra esebizzjoni ta’ wrestling f’inizjattiva ta’ Pro Wrestling Malta.

Bħal kull edizzjoni qabilha, MDRA for Charity 2023 ukoll qed issir b’risq il-karità. Din is-sena, id-donazzjonijiet mogħtija mill-pubbliku se jmorru għaċ-Ċentru Malti tal-Awtiżmu. Din hija għaqda li tipprovdi l-għajnuna meħtieġa u speċjalizzata fuq persuni bl-ispettru tal-awtiżmu

Ekonomija

Sport