Tuesday, April 30, 2024

Jinżamm arrestat wara li kien akkużat li tella’ ritratt intimu tal-eks tfajla

Aqra wkoll

Raġel ta’ 37 mill-Gambja nżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti fejn kien mixli li tella’ ritratt intimu tal-eks tfajla tiegħu onlajn fuq il-midja soċjali mingħajr il-kunsens tagħha. Il-każ seħħ inqas minn ġimagħtejn wara li ngħata l-libertà proviżorja fuq każ ieħor.

Lamin Samura Seguba tressaq il-Qorti akkużat li tella’ ritratti mhux xierqa tal-eks tfajla, li heddidha u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Fil-Qorti r-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qalu li l-mobile u l-laptop ta’ Seguba, fejn kellu r-ritratti kienu fil-pussess tal-Pulizija. Qalu li għalhekk ma setax ikun hemm tbagħbis ta’ evidenza. Madankollu fil-Qorti, l-Ispettur Omar Zammit sostna li l-imputat irrifjuta li jagħti d-dettalji meħtieġa, fosthom il-passwords, sabiex il-pulizija jaċċessaw l-apparat elettroniku.

Il-Qorti presedutta mill-Maġistrat Ian Farrugia ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest u għalhekk ir-raġel inżamm arrestat.

Sport