Saturday, August 29, 2026
Home Sport F1: Lando Norris iġedded il-kuntratt mal-McLaren

F1: Lando Norris iġedded il-kuntratt mal-McLaren

0
56

Lando Norris ħabbar l-iffirmar ta’ kuntratt ġdid li jżommu ma’ McLaren sa mill‑inqas sal‑aħħar tal‑2030 kien “deċiżjoni pjuttost faċli għalija”.

Iċ‑champion tad‑dinja, li l‑ftehim il‑ġdid tiegħu tħabbar ilbieraħ, qal li “lanqas biss ħarist” lejn timijiet oħra qabel ma ddeċieda li jkompli l‑futur tiegħu mal‑iskwadra li magħha għamel id‑debutt tiegħu fil‑Formula 1, fl‑2019.

“Kien hemm interess minn postijiet oħra,” sostna Norris “iżda jien ma rridx immur im­kien. Ma rridx ningħaqad ma’ team ieħor. Ma rridx nqatta’ ħin ma’ nies oħra.

“Għaldaqstant kienet waħda mill‑aktar de­ċiżjonijiet faċli li qatt ħadt minn meta dħalt fil‑ Formula 1.”

Il‑Britanniku ma kellux għalfejn jibża jew idum biex jid­deċiedi, għax il‑kuntratt eżistenti tiegħu kien fadallu aktar minn sena biex jiskadi.

Iżda jgħid li l‑idea “saret suġġett ta’ diskussjoni matul l‑aħħar erba’ xhur, iżda b’mod pjuttost rilassat fl‑isfond” u ma kellu l-ebda dubju biex jaċċetta.

Norris jgħid li l‑lealtà tiegħu lejn McLaren hija mibnija fuq ir‑relazzjonijiet li għandu fit‑team — speċjalment mal‑kap eżekuttiv Zak Brown u d-direttur tat-team Andrea Stella — u l‑istorja li jaqsmu flimkien.

Wara d‑debutt tiegħu fl‑2019, għaddew diversi snin jitħabtu biex ikunu kompetittivi, qabel ma l‑forma tagħhom żvolġiet b’mod qaw­wi wara li Norris ġie promoss fl‑aħħar tal‑2022.

It‑team rebaħ żewġ kampjonati konsekuttivi tal‑kostrutturi fl‑2024 u fl‑2025 — itemmu nixfa li tmur lura sal‑1998 — u t‑titlu tas-sewwieqa għal Norris is‑sena li għaddiet.

Il‑player ta’ 26 sena qal: “Il‑fatt li bqajt magħhom u evenwalment ksibna suċċessi kbar flimkien … ifisser li dawn qatt ma ddubitaw minni u jien qatt ma ddubitajt fihom.

“Dan joħloq rabta qawwija ħafna bejn kulħadd li jaħdem hawn. Irrid nemmen li dik ir‑rabta għanda tibqa’ b’saħħitha daqs kemm hi issa sakemm nasal biex nirritira mill‑kar­riera tiegħi fil‑Formula 1.

“Naf li għad fadal triq twila ħafna u ma rridx naħseb dwarha.

“Iżda nemmen li qegħdin fl‑aħjar post li qatt konna, anke bi tluq diffiċli għall‑istaġun. U nemmen li nistgħu negħlbu kollox flimkien, żgur.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here