Dan is-sit jinsab informat li raġel tilef ħajtu f’Kemmuna wara li waqgħet ġebla kbira fuqu.Ir-raġel kien flimkien ma’ mara fuq jetski x’ħin waqgħet il-ġebla..Il-mara ġiet salvata iżda r-raġel insab bil-jetski b’kollox taħt il-blata. Il-mara ittieħed l-Isptar Ġenerali t’GħawdexAktar dettalji dalwaqt…
AKTAR KMIENI:
Dan is-sit jinsab informat li ftit tal-ħin ilu waqgħet ġebla kbira Kemmuna u s’issa mhux magħruf kemm hemm persuni feruti. Sorsi qalulna li persuna twasslet fil-port tal-Imġarr ftit tal-ħin ilu.Il-persuna hija li ta’ nazzjonalità barranija u daħħlet l-Ispar ta’ Għawdex
Sorsi qalulna li ftit wara instabet persuna oħra u din ġiet salvata mill-Forzi Armati. Se tkun qiegħda tidaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fil-ħin li ġej.
Aktar minn hekk, il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin bit-tfittxija għal aktar persuni li jista’ jkun hemm taħt din il-ġebla li waqgħet.
Aktar dettalji malli jkollna…

