Friday, November 22, 2024

F’Għawdex din is-sena mistennija jkun hemm 106 charging points ġodda

Aqra wkoll

Hekk kif il-Gvern kompla bl-isforzi tiegħu biex iħajjar aktar nies ibiddlu l-karozza tagħhom u jixtru waħda li taħdem bil-batterija biex b’hekk jiġi protett aktar l-ambjent, f’Għawdex din is-sena mistennija li jkun hemm installati 106 charging points.

Kienet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli li ħabbret dan fil-Parlament waqt li kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Il-Ministru Dalli qalet li “matul din is-sena hemm ippjanti li jsiru 106 charging points ġodda fi 13-il lokalità differenti madwar Għawdex, u 16 minnhom diġà ġew approvati minn Transport Malta. Ix-xogħol fuq dawn iċ-charging points mistenni jibda hekk kif isiru l-kuntratti tax-xogħol.”

Intant dokument li tpoġġa fuq il-medja tal-kamra ħarġu l-postijiet fejn se jiġu nstallati ċ-charging points ġodda. Fil-Fontana se jkun hemm 2, filwaqt li f’Għajnsielem se jkun hemm 10. Imbgħad fl-Għarb se jiġu nstallati 14 filwaqt li fl-Għarsi 4.

Kerċem se jkun hemm 4 charging points filwaqt li fil-Munxar, in-Nadur, il-Qala u r-Rabat Għawdex se jiġu nstallati 8 f’kull lokalità.

San Lawrenz se jkollu 4 filwaqt li Sannat se jiġu nstallati 10. Fix-Xewkija se jkun hemm 16-il charging point filwaqt li fiż-Żebbuġ se jkun hemm 10.

Sport