Messaġġ konsistenzi ta’ kemm il-Klabb jemmen li l-futbol jista’ jintuża għall-isforz kontinwu lejn soċjetà ġusta.
Ir-raba’ edizzjoni tal-maratona tal-futbol ta’ 50 siegħa bla waqfien organizzata minn Fgura United FC b’risq Puttinu Cares irreġistrat is-somma rekord ta’ €56,200.
Il-ftuħ tal-maratona kienet ippreżentata minn Charline Magro, membru ta’ Down Syndrome Malta. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ rat wkoll il-kick-off isir bejn plejers tal-Special Olympics u plejers żgħar ta’ Fgura United FC.
Minbarra l-plejers tan-nursery tal-klabb, diversi kumpaniji u entitajiet tal-gvern, il-maratona laqgħet ukoll 20 priġunier li ħallew għal ftit sigħat il-Facilita Korrettiva ta’ Kordin.
Dan kollu biex ta’ bilħaqq jilagħbu futbol għal din il-kawża ġusta. Ġiet ippreżentata wkoll donazzjoni f’isimhom li wriet kif din il-manifestazzjoni soċjali mhux biss ippermettiet lill-klabb jiġbor flus għall-Puttinu Cares, iżda wkoll biex jinħoloq aktar għarfien u involviment mill-membri vulnerabbli fis-soċjetà.
Messaġġ konsistenzi ta’ kemm il-Klabb jemmen li l-futbol jista’ jintuża għall-isforz kontinwu lejn soċjetà ġusta.