Wednesday, April 24, 2024

F’Hong Kong: L-attur Gregory Wong fost 12 li ntbagħtu l-ħabs minħabba protesta

Aqra wkoll

L-attur minn Hong Kong, Gregory Wong, flimkien ma’ 11-il persuna oħra ntbagħtu l-ħabs minħabba li kienu involuti bl-aħrax fi protesta li tmur lura għas-sena tal-2019.

Fost dawk li ngħataw is-sentenza mill-Qorti ta’ Ħong Kong, kien hemm l-attivisti Ventus Lau u Owen Chow, li ngħataw sentenza kull wieħed b’rabta mal-protesta favur id-demokrazija

Intant, żewġ ġurnalisti ġew immultati talli daħlu illegalment fil-kamra tal-Kunsill Leġiżlattiv dak iż-żmien.

L-inċident seħħ f’Lulju 2019 u kien meqjus bħala mument ewlieni fil-protesti favur id-demokrazija li ġraw minħabba liġi kontroversjali li tippermetti l-estradizzjoni tan-nies lejn iċ-Ċina kontinentali.

Dakinhar mijiet ta ‘dimostranti daħlu fil-bini, messaġġi bl-isprej fuq il-ħitan u iġorru provvisti għal dawk li jokkupaw il-bini.

Sport