Wednesday, July 24, 2024

Stabbilita id-data għall-akbar elezzjoni demokratika fl-istorja tal-bniedem

Aqra wkoll

Il-Kummissarju Elettoralii tal-Indja, ħabbar li l-votanti huma mistennija li jivvutaw fl-pajjiż fid-19 ta’ April. Għalhekk huwa stmat li fil-pajjiż hemm madwar 960 miljun ruħ li huma eliġibbli biex jivvutaw.

Midja indjana irrapurtat li għal darb’ oħra, il-Partit Bharatiya Janata (BJP) huwa mistenni li jassigura ħames snin oħra fil-poter, u li jmexxi l-pajjiż.

Il-votazzjoni se ssir fuq seba’ fażijiet madwar il-pajjiż li huma mistennija li jintemmu fil-1 ta’ Ġunju.

Il-voti kollha, mit-28 stat tal-pajjiż u t-tmien territorji tal-unjoni, se jingħaddu fl-4 ta’ Ġunju. Dan ġie kkonferat mill-kummissjoni nnifisha waqt konferenza stampa f’ New Dehli.

Ekonomija

Sport