Saturday, December 21, 2024

Fi tmiem din il-ġimgħa qed isir pagament ieħor tal-In Work Benefit

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa qed isir pagament ieħor tal-In Work Benefit. Dan il-pagament ikopri l-perjodu bejn Lulju u Settembru 2024.

B’kollox se jkunu qed jirċievu l-benefiċċju 23,673 familja b’investiment ta’ €3.9 miljun. Minn Jannar sa Settembru dan l-investiment fl-In Work Benefit kien ta’ €11.3 miljun.

Dan il-benefiċċju jitħallas lill-ġenituri li jaħdmu u li għandhom tfal taħt it-23 sena. Hemm tlett kategoriji ta’ ġenituri:

1.     Koppji jaħdmu t-tnejn bi dħul mill-impjieg anqas minn €50,000 fis-sena;

2.     Koppji b’wieħed mill-ġenituri jaħdem bi dħul mill-impjieg anqas minn €35,000 fis-sena; u

3.     Single parents li jaħdmu bi dħul mill-impjieg anqas minn €35,000 fis-sena.

F’kull każ hemm minimu ta’ dħul li tali familji irid ikollhom biex jikkwalifikaw. L-informazzjoni dwar id-dħul tinġieb b’mod awtomatiku mid-Dipartiment tat-Taxxa u għalhekk il-benefiċjarji m’għandhomx bżonn japplikaw.

Ekonomija

Sport