“Fil-fehma tiegħi dan it-tip ta’ ċajt la huma drama u lanqas satira. Dawn huma elementi ta’ transfobija u transnegattività. Li tattakka l-identità ta’ xi ħadd biex tidħaq bih jew biha mhux biss huwa disuman – huwa perikoluż. Il-persuni trans diġà jiffaċċjaw ħafna sfidi. Jiġu mżebilħin u redikolati fil-pubbliku taħt l-iskuża tad-“divertiment” jonqoshom”
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Psikologu, Sesswologu u Terapista, Dr Nicholas Briffa permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn enfasizza li jemmen li aħna nafu aħjar minn hekk. Qal ukoll; “Irridu nsejħulha b’isimha – transfobija u nkunu ta’ appoġġ għal dawk ta’ madwarna. Il-ħsara psikoloġika li tista’ ssir hija kbira. Niltaqa’ ħafna ma’ dawn ir-realtajiet fix-xogħol kliniku tiegħi”
Tenna li m’hemmx lok għat-transfobija fil-komunitajiet tagħna u ħeġġeġ lil poplu Malti u Għawdxi sabiex ikun hemm għal xulxin.