Monday, July 15, 2024

Fil-Filippini: Drag queen arrestata wara li libset ta’ Ġesù Kristu 

Aqra wkoll

Drag queen fil-Filippini ġiet arrestata wara li libset ta’ Ġesù Kristu u anke bdiet tirreċta t-talb tal-Mulej f’diskoteka.  

Filmat tal-prestazzjoni ta’ Pura Luka Vega ta’ 33 sena wassal għal diversi lmenti kriminali minn gruppi Kristjani f’Lulju li għadda.

Vega, li isimha proprja huwa Amadeus Fernando Pagente, tista’ teħel sa 12-il sena ħabs taħt il-liġijiet ta’ oxxenità tal-pajjiż, fejn il-maġġorparti tagħhom iħaddnu r-reliġjon Kattolika. 

L-akkużi fil-konfront tagħha jinkludu “duttrini immorali, pubblikazzjonijiet u wirjiet oxxeni u wirjiet indiċenti”. 

Diversi bliet fil-Filippini, inkluża l-belt kapitali Manila, iddeskrivew lil Pagente bħala “persona non grata”, frażi li bil-Latin tfisser persuna mhux mixtieqa fl-irħula u l-ibliet tal-pajjiż. 

Ekonomija

Sport