Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4.00pm weġġa’ wara li wara sitt metri minn fuq scaffolding li kien qed jaħdem fuqu.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li ntalbet l-assistenza tagħhom f’sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi Tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.